Maltese Language   English Language
Tliet bottijiet tal-gass jidaħħlu l-WasteServ permezz tal-ġbir tal-iskart riċiklabbli

Tliet bottijiet tal-gass jidaħħlu l-WasteServ permezz tal-ġbir tal-iskart riċiklabbli

Il-Ħamis kmieni filgħodu, il-WasteServ identifikat tliet kontenituri tal-gass fost il-materjal riċiklabbli mill-ġbir bieb bieb. Żewġ bottijiet kienu mimlija filwaqt li wieħed minnhom kien vojt, probabbilment minħabba daqqiet sostnuti waqt li kien fit-trakk tal-ġbir tal-iskart jew fil-bag opener meta wasal fil-faċilità tal-WasteServ. Il-bottijiet kienu f'borża trasparenti u setgħu jiġu identifikati faċilment qabel ma’ ddaħlu fil-WasteServ. 

Dawn huma atti ta’ irresponsabbiltà kbira li jħalluna mingħajr kliem. Ir-rimi ta’ materjal splussiv permezz tal-ġbir bieb bieb mhuwiex sempliċement barra minn postu imma jista’ jwassal għal konsegwenzi varji u anke għal reati kriminali serjissimi. Sfortunatament, każijiet bħal dawn għadhom realtà u dan ix-xahar biss permezz tal-ġbir tal-iskart riċiklabbli nstabu oġġetti perikolużi oħra, bħal skrataċ tas-snieter u flares tad-duħħan. 

Dan il-każ ħa ġie rrappurtat lill-pulizija u l-WasteServ tixtieq tenfasizza li se tkun qed tagħmel min kollox sabiex tissalvagwardja lill-ħaddiema tagħha, inkluż jekk ikun meħtieġ billi tipprojbixxi l-aċċess għall-faċilitajiet tagħha lil dawk kollha li ma jkunux qed jagħmlu dak kollu possibbli biex jiżguraw li l-iskart li jiġi jkun sigur.

 
WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200