Maltese Language   English Language
St Jeanne Antide Foundation - Meraki Soap, prodott tassew sostenibbli.

St Jeanne Antide Foundation - Meraki Soap, prodott tassew sostenibbli.

St Jeanne Antide Foundation hija entità rebbieħa mhux biss għax ġiet rikonoxxuta bħala l-aħjar azzjoni mill-kategorija tal-NGOs, imma wkoll għax tgħin persuni għaddejjin minn vjolenza domestika jieħdu lura ħajjithom u jerġgħu jqumu fuq saqajhom. 

Apparti l-assistenza professjonali lil dawk li għaddejjin minn din is-sitwazzjoni sabiex jgħelbu dawn l-isfidi kbar f’ħajjithom, jagħmlu wkoll inizjattivi oħra bil-għan li jkomplu jagħtu dinjità lill- vittmi ta’ dan l-abbuż. Dan għaliex ix-xogħol tal-idejn li jinvolvu ruħhom fih dawn il-persuni biex jipproduċu s-sapun,  iservi ta’ terapija sabiex dak li jkun jiskopri kapaċitajiet ġodda kif ukoll itajjar ħafna ħsibijiet minn fuq moħħu għal ftit tal-ħin. 

Minkejja li tgħallimna ħafna lezzjonijiet tal-ħajja mingħand din l-entità, fi żgur, l-ikbar tagħlima hija li kull ċittadin jista’ jagħti sehmu biex jitnaqqas l-iskart hekk kif din l-organizazzjoni ħadet diversi miżuri sabiex jonqos l-iskart mill-produzzjoni ta’ Meraki Soap. 


Dan l-artiklu huwa parti minn sensiela ppubblikata biex tippromwovi l-kampanja tal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart 2024. Permezz ta’ dawn l-artikli, qed nippromwovu l-azzjonijiet tal-parteċipanti tal-edizzjoni preċedenti sabiex nuru l-isforzi tagħhom lejn l-immaniġġjar sostenibbli tal-iskart. Int ukoll tista’ tagħmel differenza! Ipparteċipa fl-edizzjoni ta’ din is-sena billi tirreġistra l-azzjoni tiegħek. Għal aktar informazzjoni, żur wsm.com.mt/ewwr.

 
WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200