WasteServ kisbet żewġ ċertifikazzjonijiet ISO għall-impjant tat-Trattament tal-Iskart fil-Magħtab

WasteServ kisbet żewġ ċertifikazzjonijiet ISO għall-impjant tat-Trattament tal-Iskart fil-Magħtab

WasteServ Malta Ltd. bi pjacir tħabbar li kisbet żewġ ċertifikazzjonijiet ISO għal l-impjant tat-Trattament tal-Iskart li jinstab fil-Magħtab.         


ISO 9001: 2015 u ISO 14001: 2015 huma standards internazzjonali li jiddefinixxu l-kriterji għas-sistemi ta’ kwalità u għal ġestjoni ambjentali. L-ewwel standard jiggarantixxi servizz konsistenti li jissodisfa l-klijenti u effiċjenza operattiva. Filwaqt li t-tieni standard huwa mmirat sabiex itejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-WasteServ billi jiġi ikkontrollat l-impatt fuq l-ambjent.    

Malta North hija t-tielet faċilità tal-WasteServ li kisbet dawn iċ-ċertifikazzjonijiet ISO wara li digà kienu inkissbu għall-faċilitajiet li għandha l-Marsa u Tal-Kus f’Għawdex.   

WasteServ tixtieq tirringrazzja lill-impjegati tagħha għall-impenn kontinwu tagħhom sabiex jiżguraw l-ogħla standards possibbli fl-operat tagħha.  

 
WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200