Kunsill Lokali Isla – meta tieħu aktar milli tistà mill-iskart!

Kunsill Lokali Isla – meta tieħu aktar milli tistà mill-iskart!

Kif jgħid il-Malti – mill-mitluf tieħu li tista’. U din kienet l-azzjoni tal-Kunsill Lokali L-Isla, hekk kif mis-solitudni li ġabet magħha l-Covid, inħass il-bżonn li jsir sforz akbar sabiex numru ta’ persuni fil-lokalità jsibu sens ta’ appartenza, sapport u għaqda bejnietom. 

B’dan il-għan twaqqaf is-Senglea Craft Group u ġabar fih numru ta’ residenti li raw kif jużaw tajjeb il-ħin li bdew iqattgħu flimkien . Bdew jinġabru ħwejjeġ li ma kellhomx aktar użu, u bejn ċajta u oħra, u  belgħa tè, dawn il-ħwejjeġ inbidlu fi strixxi, għal kobob, għal biċċiet kwadri maħdumin bil-ganċ sabiex fl-aħħar iffurmaw tinda. 

Din it-tinda, apparti li hija ta’ eżempju ċar li dak li għal xi wħud huwa skart, għal ħaddieħor jista’ jkun riżorsa, ġabet magħha attivitajiet li jiġbru lill-komunità flimkien. Apparti minn hekk, il-komunità ser tkompli tibbenefika wkoll permezz tal-investimenti li ser isiru grazzi għal premju mirbuħ waqt il-Malta Waste Reduction Awards. 


Dan l-artiklu huwa parti minn sensiela ppubblikata biex tippromwovi l-kampanja tal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart 2024. Permezz ta’ dawn l-artikli, qed nippromwovu l-azzjonijiet tal-parteċipanti tal-edizzjoni preċedenti sabiex nuru l-isforzi tagħhom lejn l-immaniġġjar sostenibbli tal-iskart. Int ukoll tista’ tagħmel differenza! Ipparteċipa fl-edizzjoni ta’ din is-sena billi tirreġistra l-azzjoni tiegħek. Għal aktar informazzjoni, żur wsm.com.mt/ewwr.

 
WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200