Il-passjoni li l-impjegati għandhom għal xogħolhom ma tirreflettix biss fl-atmosfera ta’ bejniethom, imma anki fl-azzjonijiet li din il-kumpanija torganizza minn sena għal oħra waqt il-European Week for Waste Reduction.
U din is-sena, din id-dedikazzjoni ħalliet il-frott u kif! Dan għaliex il-Malta National Aquarium mhux biss rebħu l-premju għall-aħjar azzjoni fil-kategorija tagħhom hawn Malta, iżda rebħu wkoll fuq livell Ewropewminn fost 29 pajjiż!
Il-kreattività, s-sarkażmu, l-ironija, l-oriġinalità, u fuq kollox is-sempliċità, kienu dawk il-fatturi li ddistingwew din l-azzjoni minn kull azzjoni oħra. Din kienet inizjattiva eżemplari ta’ kif azzjoni matul il-European Week for Waste Reduction għandha tkun sabiex twassal il-messaġġ lil kull wieħed u waħda minna jista’ jagħmel differenza kbira fl-ambjent jekk innaqqsu, nerġgħu nużaw, nirriċiklaw u narmu l-iskart tagħna kif suppost.
U grazzi għal ħeġġa li l-impjegati għandhom biex dan kollu jgħadduh lil ħaddieħor, il-messaġġ wasal ċar u tond għand eluf ta’ persuni, mhux biss li żaru l-post, iżda wkoll dawk li jsegwu l-midja soċjali, fejn matul il-ġimgħa, l-azzjonijiet tagħhom flimkien ma’ aktar informazzjoni kienu eżebiti b’mod virtwali wkoll.
Dan l-artiklu huwa parti minn sensiela ppubblikata biex tippromwovi l-kampanja tal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart 2024. Permezz ta’ dawn l-artikli, qed nippromwovu l-azzjonijiet tal-parteċipanti tal-edizzjoni preċedenti sabiex nuru l-isforzi tagħhom lejn l-immaniġġjar sostenibbli tal-iskart. Int ukoll tista’ tagħmel differenza! Ipparteċipa fl-edizzjoni ta’ din is-sena billi tirreġistra l-azzjoni tiegħek. Għal aktar informazzjoni, żur wsm.com.mt/ewwr.