Maltese Language   English Language
WasteServ tinvesti €2 miljuni f’linja ġdida awtomatizzata li tagħżel il-ħġieġ

WasteServ tinvesti €2 miljuni f’linja ġdida awtomatizzata li tagħżel il-ħġieġ

WasteServ għada kemm ippubblikat sejħa għall-offerti għall-provvista ta’ linja awtomatizzata ġdida li tagħżel il-ħġieġ.   

B’kapaċità li tipproċessa madwar 10 tunnellati ta’ ħġieġ fis-siegħa – ekwivalenti għal 52,500 flixkun kull siegħa – din il-linja awtomatizzata ġdida se tkun qed tagħżel fliexken u vażetti tal-ħġieġ filwaqt li tissepara ħġieġ ċar mill-ħġieġ ikkulurit. Se tkun ukoll qed tagħżel fdalijiet ta’ ħġieġ ċatt ġejjin mis-settur kummerċjali.   

Minbarra li se jżid l-effiċjenza , dan it-tagħmir se jwassal wkoll għal ħġieġ ta’ kwalità aħjar biex b’hekk ikun jista’ jiġi trasformat f’oġġetti oħra bħala parti minn ekonomija ċirkolari.   

Il-Kap Eżekuttiv ta’ WasteServ Richard Bilocca qal li dan l-investiment ta’ €2 miljun se jkompli jtejjeb il-prestazzjoni tar-riċiklaġġ f’ Malta u jikkontribwixxi għall-miri ta’ riċiklaġġ tal-pajjiż. “Imqabbla mal-linja eżistenti fejn il-ħġieġ jiġi trasferit fuq conveyor belt u jiġi magħżul manwalment, din il-linja awtomatizzata se żżid b’mod sinifikanti l-effiċjenza operattiva u l-kwalità tal-ħġieġ. Se tkun qed tilqa’ wkoll għall-ħtiġijiet futuri peress li se jkollha l-kapaċità li tipproċessa 21,000 tunnellata ta’ ħġieġ fis-sena li hija aktar mid-doppju tal-kapaċità attwali”, qal is-Sur Bilocca.   

L-offerenti interessati jistgħu jsibu d-dettalji tal-offerta hawn.

Dan il-proġett huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, bħala parti mill-Fondi ta’ Koeżjoni – Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020.

 
WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200