en Flag  mt Flag 

WasteServ hi impenjata li ttejjeb il-prestazzjoni tagħha fir-rigward tar-riċiklaġġ. Għal din ir-raġuni, aħna għandna bżonn l-għajnuna tiegħek biex inti tagħmel bidliet żgħar sabiex tirriċikla b’mod korrett u tnaqqas l-iskart b’mod ġenerali. 


Il-Ġerarkija tal-Iskart turi l-passi differenti li tista’ tieħu sabiex tnaqqas l-iskart li tiġġenera. 

                            Domestic Banner

Kif għandek tissepara l-iskart tiegħek

Green Bin
  • Kartun 
  • Kaxxi tal-kartun tal-ikel (nodfa)
  • Trays tal-aluminju u fojl (nodfa)
  • Basktijiet tal-plastik (nodfa) 
  • Kaxxi tat-take away (nodfa) 
  • Fliexken taż-żejt għat-tisjir (vojta)
  • Kontenituri tal-kożmetiċi (nodfa) 
  • Fliexken tad-deterġenti (vojta) 
  • Kaxxi tad-deterġenti 
  • Bottijiet tal-ikel 
  • Għotjien tal-vażetti 
  • Kontenituri tas-sapun likwidu (vojta) 
  • Rivisti 
  • Fliexken tal-plastik
  • Kaxxi tal-marġerina (vojta) 
  • Tappijiet tal-metall 
  • Bottijiet tax-xorb 
  • Kartun tal-ħalib u kartun tal-meraq tal-frott
  • Gazzetti 
  • Notebooks 
  • Karti 
  • Basktijiet tal-karti (nodfa) 
  • Basktijiet tal-plastik (nodfa) 
  • Tappijiet tal-plastik 
  • Kontenituri tal-plastik 
  • Pakketti tal-ikel tal-plastik 
  • Fliexken tax-shampoo (vojta) 
  • Fliexken tas-sapun tad-doċċa (vojta) 
  • Bottijiet tal-isprej (vojta) 
  • Rollijiet tal-karta iġenika 
  • Prodotti għall-indafa personali (nodfa u vojta) 
  • Kontenituri tal-yoghurt (nodfa) 
Black Bin
  • Tejp li jwaħħal 
  • Fojl tal-aluminju mċappas 
  • Karta tal-forn 
  • Ċeramika / pyrex imkisser 
  • Karti tat-tgeżwir tal-ikel imċappsa 
  • Tejp selofejn 
  • Kaxxi tat-take away maħmuġin 
  • Pakketti miksija bil-fojl 
  • Trab 
  • Ġablow
  • Tikketti 
  • Ritratti 
  • Kontenituri tal-pjanti 
  • Sponoż użati 
  • Oġġetti sanitarji
  • Żraben 
  • Xagħar (uman jew tal-annimali) 
  • Mirja żgħar imkissra 
  • Stickers 
  • Tubi tat-toothpaste 
  • Materjal tat-tindif użat 
  • Ingwanti tal-lasktu użati 
  • Biċċiet tal-art użati 
  • Karta tax-xema' 
  • Wet wipes 
  • Irmied u loqom tas-sigaretti 
  • Xemgħa
  • CDs 
  • Pakketti tas-snacks
  • Toothpicks 
  • Stikek tal-injam ġħall-ġelati  
  • Zkuk

White Lid
  • Ġobon 
  • Kafè 
  • Ikel imsajjar 
  • Fdalijiet tal-ikel 
  • Laħam imsajjar jew nej 
  • Prodotti tal-ħalib 
  • Bajd u qxur tal-bajd 
  • Ikel skadut (mingħajr ippakkjar) 
  • Ħut  
  • Fjuri 
  • Għasel 
  • Zokkor
  • Weraq 
  • Għaġin  
  • Ikel nej 
  • Frott u ħaxix imħassar 
  • Gazzetti mċappsin 
  • Srievet imċappsin 
  • Tea bags 
  • Weraq tat-tè 
  • Butir 
  • Qxur tal-ġewż 
  • Qxur tal-frott tal-baħar
  • Xewk tal-ħut, 
  • Għadam tal-laħam u frott

Brown Lid
  • Fliexken 
  • Vażetti 


Meta għandi noħrog l-iskart tiegħi? 

Is-servizz tal-ġbir tal-iskart mid-djar huwa pprovdut mill-Kunsilli Lokali rispettivi ta’ kull lokalità. L-iskart kollu li jinġabar minn fuq il-bankini jittieħed lejn faċilitajiet tal-WasteServ biex jiġi pproċessat u trattat.

Collection Schedule

TimeTable

Skart Goff

Għal oġġetti li huma kbar wisq biex ikunu kkunsidrati bħala skart domestiku normali, tista’ tuża’ s-servizz tal-ġbir tal-iskart goff. Dan is-servizz huwa offrut b’xejn lid-djar kollha. 

Biex teħles minn skart goff, tista’ jew tikkuntattja lill-Kunsill Lokali tiegħek jew iżżur wieħed miċ-Ċentri għall-Iskart Goff tagħna. 

Skart tal-kostruzzjoni bħal brikks, konkrit, madum, trabijiet u ċeramika li jiġi mid-djar jista’ ukoll jittieħed b’xejn fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff sakemm dan ikun fi kwantitajiet żgħar. 

Skart Perikoluż  

Ċerti prodotti tad-dar jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent jekk ma jintremewx kif suppost. Skart perikoluż jinkludi kimiċi (inklużi l-kontenituri vojta), żebgħa (inklużi l-kontenituri vojta), żjut tal-magni, solventi, batteriji, u bozoz tad-dawl u tubi użati.

Jekk għandek bżonn tarmi skart perikoluż, huwa importanti ħafna li tagħmel dan b'mod sikur għall-ambjent. Skart perikoluż bħal dan għandu jittieħed f'wieħed miċ-Ċentri għall-Iskart Goff. Il-bozoz tad-dawl u t-tubi tad-dawl jistgħu ukoll jittieħdu fit-Trakkijiet tas-Separazzjoni tal-Iskart.

Mediċina Skaduta

Mediċina skaduta hija klassifikata bħala skart perikoluż ukoll. 

Tista' tieħu l-mediċina l-qadima, mhux użata, li m'għandekx bżonnha aktar, jew skaduta fi spiżerija awtorizzata. Hawnhekk tista’ tarmi pilloli jew kapsuli li huma waħdiet jew għadhom ġol-pakkett, fliexken tal-mediċina, prodotti tan-nifs (inhalers) u stoċċijiet ta' creams mediċinali. 

Qatt m’għandek tieħu oġġetti bijoperikolużi, bħal siringi u apparat tal-EpiPen, fl-ispiżeriji. Dawn iridu jintremew f’kontenituri speċjali għal affarijiet bil-ponta u jittieħdu f’wieħed miċ-Ċentri għall-Iskart Goff tagħna. 

Qabel tarmi l-mediċini, neħħi l-ippakkjar kollu, il-karti tal-istruzzjonijiet, it-tappijiet, u l-kuċċarini jew it-tazzi ż-żgħar tal-plastik li jista' jkun hemm magħhom. Dawn armihom fil-borża tar-riċiklaġġ. Il-parti ta' barra tal-plastik tal-prodotti tan-nifs, għandhom jintgħażlu mit-tubu tal-metall u jintremew ukoll fil-borża tar-riċiklaġġ.

Tista’ tarmi fliexken vojta tal-ħġieġ tal-mediċina ġol-kontenitur għall-ħġieġ.  

Folji vojta tal-pilloli u kapsuli, kif ukoll oġġetti kożmetiċi, għandhom jiġu mormija fil-borża s-sewda.

Sib spiżerija awtorizzata ħdejk.

Info Service
CAF Tool
SMO Tool

Last updated on 20/10/2023

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200