Contact Us

en Flag  mt Flag 

Ta’ kull sena, il-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart (EWWR) tgħaqqad skejjel, amministrazzjonijiet pubbliċi, kumpaniji, Għaqdiet mhux Governattivi u ċittadini minn madwar l-Ewropa – kollha magħqudin għall-istess għan: li jkun hemm promozzjoni t’attivitajiet li jqajmu kuxjenza dwar riżorsi sostenibbli u l-immaniġjar tal-iskart.

Permezz t’azzjonijiet u proġetti mmirati biex inaqqsu, jerġgħu jużaw u jirriċiklaw l-iskart, il-parteċipanti jkollhom ċans juru l-inizjattivi tagħhom bil-għan li jqajmu kuxjenza. Il-finalisti jkunu magħżula minn bord t’esperti indipendenti u r-rebbieħa jitħabbru waqt iċ-Ċerimonja ta’ Premjazzjoni għat-Tnaqqis tal-Iskart f’Malta , bi premjijiet li jingħataw għal kull kategorija. Ir-rebbieħa jirrappreżentaw lil Malta fiċ-Ċerimonja Ewropea ta’ Premjazzjoni għat-Tnaqqis tal-Iskart, li tlaqqa’ l-aħjar parteċipanti fil-qasam, minn madwar l-Ewropa kollha.

L-edizzjoni tal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart (EWWR) għal din is-sena ser issir bejn id-19 u s-27 ta’ Novembru 2022. It-tema magħżula hi Tessuti Sostenibbli u Ċirkolari.

L-industrija tat-tessuti u tal-ħwejjeġ hija waħda kbira li timpjega aktar minn 1.5 miljun persuna fl-Ewropa biss. Hija wkoll waħda mill-aktar industriji li tniġġes. Dan is-settur għandu impatt ambjentali kif ukoll soċjali kbir f'kull fażi: mill-produzzjoni sad-distribuzzjoni, mill-konsum għar-rimi.

  L-iskart mhux moda!

Ispira azzjonijiet li se jġibu aktar ċirkolarità fl-industrija tat-tessuti! 

Premju ta' €1000 għal kull kategorija.

Ir-reġistrazzjoni issa miftuħa. Inħeġġukom tirreferu għar-regoli ta' parteċipazzjoni għall-edizzjoni tal-2022 u timlew il-formola ta' reġistrazzjoni onlajn

Dawk li jieħdu sehem fil-Ġimgħa Ewropea għat-tnaqqis tal-Iskart ikollhom ukoll l-opportunità li jipparteċipaw fil-Malta Waste Reduction Awards, fejn jiġu premjati l-aħjar azzjonijiet li jkunu saru f’Malta.    

Fit-3 ta’ Ġunju 2022, WasteServ premjat dawk l-azzjonijiet li ppreżentaw l-aħjar it-tema tal-2021, Komunitajiet Ċirkolari.  Kull proġett rebbieħ irċieva fondi sabiex jassistu fl-isforzi għat-tnaqqis tal-iskart.  Ir-rebbieħa intgħażlu minn ġurija esperta, wara li dawn irreġistraw l-azzjoni tagħhom għall-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart.  Din iċ-ċerimionja ta’ premjazzjoni taspira biex tħajjar iktar nies sabiex ikunu ambaxxaturi tal-ambjent fil-ġlieda tagħna sabiex jitnaqqas l-iskart.   

Segwuna fuq Facebook għall-aħħar aġġornamenti. 

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200