Dan l-avviż dwar il-privatezza huwa konformi mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (il-“GDPR”) (Regolament (UE) 2016/679).
1. Introduzzjoni
1.1 Din il-politika dwar il-Privatezza tissettja l-mod li bih WasteServ Malta Ltd ta’ ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, In-Naxxar NXR9030 (“aħna”, “magħna”) tiġbor u tipproċessa l-Informazzjoni Personali, kif ukoll il-passi li nieħdu biex nipproteġu t-tali informazzjoni.
2. L-informazzjoni li niġbru u kif nużawha
2.1. Aħna nipproċessaw tipi differenti ta’ informazzjoni, liema informazzjoni tintuża biss għas-servizz li ntalab permezz tal-formola rispettiva u għall-iskop li huwa essenzjalment relatat ma’ dan inkluż it-twettiq ta’ xi obligazzjoni legali li għaliha l-Kumpanija hi suġġetta. Ta’ min wieħed jinnota li jekk l-informazzjoni mitluba ma tkunx provduta din l-applikazzjoni/talba għas-servizz tista’ ma tiġix proċessata.
3. Kif nużaw l-informazzjoni personali tiegħek
3.1. Ikollna bżonn nipproċessaw id-Data Personali għal dawn ir-raġunijiet:
• biex nimmaniġġjaw u namministraw ir-relazzjoni tiegħek magħna, fosthom l-użu bl-iskop tal-iproċessar tad-data fir-rigward ta’ materjali miġbura mill-fond.
• biex nipprovdu l-informazzjoni mitluba minn jew relatata ma’ verifiki, inkjesti jew investigazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, entitajiet regolatorji, qrati, tribunali u aġenziji tal-gvern;
• għall-iskopijiet ta’ immaniġġjar ta’ kwalità, skont l-ISO9001, li permezz tiegħu WasteServ Malta Ltd tista’ tistieden lill-klijenti biex jipparteċipaw b’mod volontarju fi stħarriġ dwar ir-reazzjoni tal-klijenti li jistgħu jsiru kemm wiċċ imb’ wiċċ jew mibgħuta b’imejl jew bil-posta. L-informazzjoni miġbura minn tali stħarriġ ser tintuża esklussivament biex is-sodisfazzjon tal-klijenti tiġi mmaniġġjata u evalwata kif xieraq. Ir-risposti kollha ser ikunu rrappurtati internament b’mod aggregat biss; u
• biex tkun konformi mal-Miri tar-Regolamenti tal-UE.
3.2.Il-bażijiet legali li noqogħdu fuqhom fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek huma:
• Għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tagħna miegħek jew biex nieħdu passi fuq talba tiegħek qabel nidħlu f’kuntratt;
• Biex nikkonformaw mal-obbligi legali u regolatorji tagħna; u
• Meta jkun hemm bżonn li jsir l-ipproċessar biex titwettaq biċċa xogħol fl-interess pubbliku jew f’eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali.
3.3. Mingħajr preġudizzju tal-GDPR, id-data personali kollha ser tintuża għall-iskop li għalih tinġabar. Il-Kumpanija tista’ wkoll tuża d-data personali għal kull skop ieħor permess mill-liġi. Kemm-il darba d-data personali tinġabar jew tiġi proċessata għal xi skop ieħor, sakemm mhux mitlub minn liġi applikabbli oħra, WasteServ Malta Ltd ser, b’mezzi xierqa, tipprovdi l-iskop lis-suġġett tad-data meta tkun qed tinġabar it-tali data.
4. Ma’ min ser naqsmu l-informazzjoni
4.1. Nistgħu naqsmu d-data personali tiegħek ma’ partijiet terzi u entitajiet awtorizzati li jgħinuna biex nipprovdu s-servizzi tagħna u/jew biex inkunu konformi mal-obbligi legali li għalihom aħna suġġetti. F’każ li l-Informazzjoni Personali tiegħek ikollha bżonn tinqasam ma’ entitajiet lil hinn mill-Unjoni Ewropea (UE) jew iż-Żona Ekonomika Ewropea (EEA), il-Kumpanija dejjem ser tiżgura li jkunu stabbiliti salvagwardji xierqa, konformi mal-liġi applikabbli tal-protezzjoni tad-data.
5. Jekk ma tipprovdix l-Informazzjoni Personali:
5.1. Jekk ma tipprovdix ċertu informazzjoni meta tintalab, jista’ jkun li ma nkunux nistgħu nipprovdulek is-Servizzi jew ma nkunux nistgħu nkunu konformi mal-obbligi legali tagħna.
6. Sigurtà
6.1. Aħna nieħdu s-sigurtà tad-Data Personali tiegħek bis-serjetà. WasteServ għandha fis-seħħ miżuri apposta, kontrolli u politika interna biex tipproteġi d-Data Personali tiegħek milli tintilef, tiġi użata ħażin, minn aċċess mhux awtorizzat, minn tibdil, milli tingħata lil xi ħadd ieħor jew tinqered. Iżjed minn hekk, isiru l-isforzi kollha biex niżguraw konfidenzjalità kontinwa, integrità, disponibbiltà u reżiljenza tas-sistemi u s-servizzi li jipproċessaw id-Data Personali. Dan jinkludi li min jipprovdi servizz jiġi mitlub juża l-miżuri apposta li jipproteġu l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-Data Personali tiegħek.
6.2. Jekk insiru nafu bi ksur fid-Data Personali, ninfurmawk li jkun sar ksur skont il-Liġijiet Applikabbli.
7. L-Integrità u ż-Żamma tad-Data
7.1. Aħna ser nieħdu passi raġjonevoli biex niżguraw li l-Informazzjoni Personali proċessata tkun waħda affidabbli għall-użu intenzjonat, tkun preċiża u sħiħa biex jitwettqu l-għanijiet deskritti f’din il-Politika ta’ Privatezza. Aħna ser inżommu l-Informazzjoni Personali sal-perjodu li hemm bżonn biex inwettqu l-għanijiet enfasizzati f’din il-Politika ta’ Privatezza biss, sakemm ma jkunx hemm bżonn jew jiġi permess bil-liġi li nżommuhom iżjed.
7.2. F’ċertu każijiet, mhux possibbli għalina li nispeċifikaw minn qabel il-perjodu li fih tkun ser tinżamm id-data personali tiegħek. F’każijiet bħal dawn, aħna ser niddeterminaw il-perjodu taż-żamma fuq il-bażi tal-kriterja li ġejjin: x’inhu l-għan/għanijiet li għalih inizjalment inġabret l-informazzjoni, jekk hemmx xi obbligi statutorji li jobbligawna li nkomplu nipproċessaw l-informazzjoni tiegħek; jekk ikollniex bażi legali f’postha biex inkomplu nipproċessaw l-informazzjoni tiegħek, li tinkludi imma mhux limitata għall-kunsens; x’inhu l-valur marbut mal-informazzjoni tiegħek; jekk hemmx prattiċi industrijali li jistipulaw kemm għandha tinżamm fit-tul l-informazzjoni; ir-riskju, l-ispejjeż u l-obbligi marbuta mat-tali żamma; u kull ċirkustanza relevanti oħra.
8. Id-drittijiet tas-Suġġett tad-Data
8.1. Aħna nirrispettaw id-drittijiet tal-privatezza tiegħek u ser nipprovduk b’aċċess raġjonevoli għal din id-data personali. Id-drittijiet prinċipali tiegħek huma: id-dritt għall-informazzjoni, id-dritt li jkollok aċċess, id-dritt li timmodifika, id-dritt li tħassar, id-dritt li tillimita l-proċess, id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar, id-dritt tal-portabbiltà tad-data, id-dritt li tagħmel ilment mal-awtorità superviżorja u/jew tfittex rimedju ġudizzjarju; u d-dritt li tirtira l-kunsens.
8.2. Jekk tixtieq li teżerċita xi dritt minnhom jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fuq gdpr.ws@wsm.com.mt. Aħna nikkonfermaw it-talba tiegħek hekk kif ikun possibbli u nieħdu azzjoni fuq dawn it-talbiet fi żmien tletin (30) jum kalendarju li jibdew mill-ġurnata ta’ wara li nirċievu din it-talba. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż għal talbiet partikolarment kumplessi skont il-liġijiet ta’ protezzjoni tad-data applikabbli.
8.3. Ta’ min jinnota, madankollu, li ċertu Informazzjoni Personali tista’ tkun eżenti mit-tali talbiet ta’ aċċess, korrezzjoni jew tħassir skont il-liġijiet ta’ protezzjoni tad-data applikabbli jew liġijiet u regolamenti oħra.
8.4. Jekk temmen li aħna nqasna milli nosservaw id-drittijiet tal-protezzjoni tad-data tiegħek, tista’ tressaq ilment mal-awtorità kompetenti mis-superviżjoni tal-protezzjoni tad-data (jiġifieri l-Uffiċċju tal-Informazzjoni u l-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-data) permezz ta’ din il-ħolqa: https://idpc.org.mt/en/Pages/contact/complaints.aspx.
9. Il-Preċiżjoni tal-Informazzjoni
9.1. Filwaqt li aħna nistinkaw biex niżguraw il-preċiżjoni tal-informazzjoni personali, hija responsabbiltà tiegħek li tiżgura li d-data personali provduta hija korretta u li tinfurmana jekk din l-informazzjoni tinbidel. F’konformità mal-GDPR, jekk tixtieq li tbiddel xi informazzjoni personali tista’ tagħmel dan billi tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (“DPO”) fuq gdpr.ws@wsm.com.mt.
10. Il-Monitoraġġ bis-CCTV u r-Reġistru tal-Viżitaturi
10.1. Ta’ min wieħed jinnota li għal skopijiet ta’ ħarsien, sigurtà u prevenzjoni mill-kriminalità, l-ispazji tagħna huma taħt sorveljanza tas-CCTV. Minbarra dan, kull min iżur is-siti tagħna huwa mitlub ġentilment li jiffirma meta jidħol u joħroġ hekk kif indikat fir-Reġistru tal-Viżitaturi.
10.2. Il-filmat tas-CCTV u r-Reġistru tal-Viżitaturi ser jinżammu għall-inqas ammont ta’ żmien li hemm bżonn għal WasteServ Malta Ltd biex jissodisfaw l-għan/ijiet li għalihom jiġu proċessati.
11. Biex tikkuntattjana
11.1. Tista’ tikkuntattja lit-tim tas-Servizzi tal-Klijenti fuq 8007 2200 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u l-5.00pm. It-telefonati jistgħu jiġu rrekordjati għal skopijiet ta’ assigurazzjoni tal-kwalità.
11.2. Tista’ wkoll tibgħat imejl fuq info.ws@wsm.com.mt.
12. L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data
12.1. WasteServ Malta Ltd għandha Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data (“DPO”) li jkun/tkun responsabbli minn kwistjonijiet relatati mal-privatezza u l-protezzjoni tad-data. Id-DPO jista’ jintlaħaq fuq dan l-indirizz: gdpr.ws@wsm.com.mt.
Avviżi Specifiċi dwar il-Privatezza tal-Protezzzjoni tad-Data:
L-ISKEMA TA’ VIĊINAT TAJJEB
l-Iskema ta’ Viċinat Tajjeb (l-‘Iskema’) għall-benefiċċju ta’ residenzi f’raġġ ta’ 1.5km kilometru mill-impjant tat-Trattament tal-Iskart Sant’Antnin, f’Wied il-Għajn operat minn WasteServ Malta Ltd.
1. L-informazzjoni li niġbru
1.1 Aħna niġbru informazzjoni mingħand ARMS Ltd permezz ta’ ftehim bejn WasteServ Malta Ltd u ARMS Ltd taħt is-sanzjoni tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data f’Malta. Din l-informazzjoni tikkonsisti f’isem il-persuna li fuqha tkun irreġistrata r-residenza mal-ARMS Ltd, l-indirizz tar-residenza, in-numru ta’ nies li jgħixu fir-residenza rreġistrata mal-ARMS Ltd fid-data stabbilita u n-numru tal-kont li ARMS Ltd iżżomm bl-iskop li jingħata s-servizz tal-ilma u l-elettriku lir-residenza. Din l-informazzjoni tintuża biss għall-iskop ta’ kalkoli tal-benefiċċju fi flus dovuti lil kull residenza li tikkwalifika għall-Iskema. L-informazzjoni tinġabar b’mod indirett mingħand ARMS Ltd għax il-kumpens skont l-Iskema jinħadem fuq bażi ta’ 150 unit ta’ konsum għal kull membru tar-residenza rreġistrat b’rata ta’ €0.12 għal kull unit (€18 għal kull membru) u l-benefiċċju pagabbli jista’ jiġi msarraf biss permezz ta’ kont tal-ilma u l-elettriku irreġistrat fid-databażi ta’ ARMS Ltd.
2. Kif nużaw l-Informazzjoni Personali
2.1 L-Informazzjoni Personali tiegħek tiġi proċessata minna (jinkludi kull sottokuntrattur tagħna) u dan isir biss f’konnessjoni mal-Iskema. Aħna niġbru, b’mod partikolari, l-Informazzjoni Personali tagħkom biex inkunu nistgħu niddeterminaw in-numru ta’ membri li jgħixu fir-residenza ta’ kull residenza li tikkwalifika fid-dawl ta’ min se jingħata benefiċċju finanzjarju permezz tal-iskema u li tiddetermina n-nurmu tal-kont tal-benefiċarji li jkunu rreġistrati ma’ ARMS Ltd u li premezz ta’ dan ikun jista’ jissarraf dan il-benefiċċju. Wara li jintemmu l-kalkoli tal-Iskema, l-Informazzjoni Personali tiegħek ser tinżamm minn WasteServ Malta Ltd bil-għan li tindirizza xi mistoqsijiet li jistgħu jinqalgħu mir-residenzi wara li jirċievu dan il-benefiċċju finanzjarju. Din l-informazzjoni tinżamm b’mod kunfidenzjali u sigur u l-aċċess għad-data ser ikun limitat biss għall-uffiċjali ta’ WasteServ Malta Ltd li jkunu fdati u involuti fl-amministrazzjoni tal-Iskema, biex jindirizzaw xi mistoqsijiet li jista’ jkollhom il-benefiċjarji.
3. Lil min nistgħu nagħtu l-informazzjoni
3.1 Ħlief għal kif hawn deskritt f’dan l-avviż, aħna mhux ser ngħatu d-Data Personali li niġbru jew nerfgħu, b’konnessoni mal-Iskema, lil partijiet terzi mingħajr maninfurmawkom jew mingħajr ma niksbu l-kunsens tagħkom, jekk ikun hemm bzonn. Nistgħu biss nagħtu informazzjoni lil terzi f’dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:
3.1.1. xi parti terza li tgħinna biex tipprovdi servizzi ta’ appoġġ relatati direttament mal-Iskema, li jinkludi (imma mhux biss) l-istampar ta’ ċekkijiet u/jew stampar ta’ ittri indirizzati lil kull residenza li tikkwalifika;
3.1.2. xi kuntratturi jew konsulenti oħra li jkunu qed jivverifikaw xi proċessi tan-negozju tagħna jew li jkollhom il-bżonn għal aċċess ta’ tali informazzjoni bil-għan li jagħtuna pariri;
3.1.3 xi entità li tinforza l-liġi li jista’ jkollha rekwiżit raġjonevoli biex ikollha aċċess għall-Informazzjoni Personali tiegħek.
3.2 Jekk f’xi ħin inti tixtieq li aħna nieqfu nipproċessaw l-Informazzjoni Personali tiegħek għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, inti mitlub/a tikkuntattjana u aħna nieħdu l-passi li hemm bżonn biex inwaqqfu dan. Jekk jogħġbok ħu nota li dan jista’ jkun li jfisser li inti ma tkunx tista’ tibqa tirċievi xi benefiċċju marbut mal-Iskema.
4. Iż-Żamma tad-Data
4.1 Aħna nerfgħu d-Data Personali li niġbru għalperjodu limitat ta’ żmien biss sakemm ikollna bżonnha biex nilħqu l-iskop li għalih ikun qed niġbru din l-informazzjoni, sakemm ma nintalbux nagħmlu mod ieħor permezz tal-liġi. Aħna ser nerfgħu u nużaw l-informazzjoni kif suppost biex inkunu konformi mal-obbligi legali, insolvu t-tilwim u ninfurzaw il-ftehim tagħna. L-iSnapshot tad-Data Personali li tinkiseb kull sena mingħand ARMS Ltd ser tinżamm għal perjodu ta’ għaxar (10) snin mid-data ta’ din l-isnapshot.
REKLUTAĠĠ U KARRIERI
1. L-Informazzjoni li niġbru
1.1 Aħna niġbru firxa ta’ informazzjoni dwarek. Dan jinkludi:
- Ismek, l-indirizz u l-kuntatti, fosthom l-indirizz tal-imejl u n-numru tat-telefon;
- Dettalji tal-kwalifiki, ħiliet, esperjenza u xogħol;
- Dettalji u ismijiet ta’ arbitri. Hi responsabbiltà tiegħek li takkwista l-kunsens mingħand min se jagħmel ir-referenza qabel ma jagħtina informazzjoni personali dwarhom; u
- Xi informazzjoni addizzjonali miġbura waqt il-proċess tal-intervista.
1.2 Aħna ser niċċekkjaw, bil-kunsens tiegħek fejn mitlub mil-liġi. Biex nevitaw kull dubju, ma nixtiqux nirċievu informazzjoni kunfidenzjali jew ta’ proprjetà li tkun irċevejt mingħand min kien iħaddmek qabel.
2. Kif nużaw l-Informazzjoni Personali
2.1. Irridu nipproċessaw id-data personali tiegħek biex nevalwaw kemm inti addattat/a għar-rwol li applikajt għalih u eventwalment biex nagħmlu kuntratt miegħek.
2.2. Il-bażi legali li nimxu magħha biex nipproċessaw id-data personali hija artikolu 6(1)(b) tal-GDPR, li għandha x’taqsam mal-ipproċessar li hemm bżonn biex tagħmel kuntratt jew biex jittieħdu passi skont ix-xewqa tiegħek, qabel ma jsir il-kuntratt.
2.3. Il-bażi legali li nimxu magħha biex nipproċessaw kull informazzjoni li tipprovdilna bħala parti mill-applikazzjoni tiegħek li tkun data f’kategorija speċjali, bħal informazzjoni dwar is-saħħa hija artikolu 9(2)(b) tal-GDPR, li għandu x’jaqsam ukoll mal-obbligi tagħna fl-impjieg u s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali tiegħek u artikolu 9(2)(h) għall-evalwazzjoni tal-kapaċità tax-xogħol tiegħek bħala ħaddiem u biex isiru tibdiliet raġjonevoli jekk ikun hemm bżonn.
2.4. Aħna għandna interess leġittimu fl-ipproċessar tad-data personali waqt il-proċess ta’ reklutaġġ u fir-reġistrazzjoni tal-proċess, kif neċessarju biex jiġu stabbiliti, eżerċitati jew difiżi talbiet legali.
3. Lil min nistgħu nagħtu l-informazzjoni
3.1 Aħna mhux ser naqsmu l-informazzjoni li tipprovdulna ma’ terzi għal skopijiet kummerċjali.
3.2 Nistgħu nagħtu d-data personali tagħkom lil terzi f’ċerti każijiet, fosthom:
- Biex nikkonformaw mal-obbligi legali jew kuntratti, jew biex nirrispondu fuq ordni tal-qorti, għal proċessi amministrattivi jew ġudizzjarji, bħal taħrika jew mandat ta’ tfittxija;
- Biex nirrispondu għal rikjesta mitluba legalment mill-awtoritajiet pubbliċi (bħal dawk tas-sigurtà nazzjonali jew li jinfurzaw il-liġi);
- Kif ikun hemm bżonn biex inkunu nistgħu nistabbilixxu, neżerċitaw jew niddefendu ruħna kontra theddid ta’ litigazzjoni, litigazzjoni potenzjali jew attwali; jew
- Kif hemm biex nipproteġu l-interessi ta’ WasteServ, l-interessi tiegħkom, jew ta’ xi persuni oħra.
4. Iż-Żamma tad-Data
4.1 Jekk l-applikazzjoni tiegħek għall-impjieg ma tkunx waħda ta’ suċċess, aħna nżommu d-data tiegħek fil-fajl għal sitt xhur minn wara li jintemm il-proċess ta’ reklutaġġ relevanti. Fl-aħħar ta’ dan il-perjodu d-data tiegħek titneħħa b’mod sigur.
SITI TA’ TERZI U L-MIDJA SOĊJALI
1. Ħoloq ma’ siti oħrajn
1.1 Is-sit tagħna jista’ jkollu xi ħoloq għal siti ta’ partijiet terzi, u siti ta’ partijiet terzi jista’ wkoll ikollhom ħoloq mas-sit tagħna. Il-politika ta’ privatezza tagħna ma tapplikax għal ħoloq esterni jew siti oħra u aħna m’aħniex responsabbli għall-prattiċi li jużaw siti li jkollhom ħolqa għas-sit tagħna jew li aħna jkollna tagħhom. L-operaturi ta’ siti oħra jistgħu jiġbru l-informazzjoni personali tiegħek. Aħna ninkuraġġuk taqra l-politika ta’ privatezza tas-siti li tidħol fihom minn ġos-sit tagħna.
2. Midja Soċjali
2.1. Jekk tagħżel li tinteraġixxi magħna permezz tal-midja soċjali biex b’hekk tkun tista’ taqsam l-Informazzjoni Personali permezz tal-pjattaformi tal-midja soċjali, ċerti kategoriji tad-Data Personali tagħkom mill-kont/kontijiet tal-midja soċjali tagħkom jiġu maqsuma magħna.
FORMOLI FUQ IS-SIT TAL-WASTESERV
1. L-Informazzjoni li niġbru
1.1 Aħna niġbru l-Informazzjoni Personali tiegħek, hekk kif tkun ipprovduta b’mod volontarju minnek, f’dawn it-tliet okkażjonijiet:
- Fil-Formola elettronika ta’ għajnuna għall-klijenti: L-Isem, l-Imejl u xi dettalji li tipprovdi inti b’mod volontarju.
- Il-Formola ta’ Talba għall-Immaniġġjar tal-Iskart: Dettalji tal-produttur tal-iskart, l-iskart, it-trasportatur u xi dokumentazzjoni relevanti tal-klijent.
- Il-Formola għal-Talba biex tuża ċ-Ċentru ta’ Skart Goff: Dettalji ta’ kuntatt, Mudell tal-Vettura, Kategorija u Numru ta’ Reġistrazzjoni.
2. Kif nużaw l-Informazzjoni Personali
2.1 Aħna nipproċessaw id-Data Personali dwarek biex inkunu nistgħu nagħtu s-servizzi rikjesti. Pereżempju, jekk timla formola onlajn, aħna nużaw l-informazzjoni provduta biex nikkuntattjawk dwar id-domanda tiegħek, ir-rikjesta, l-ilment jew l-interess fis-Servizzi.
3. Lil min nistgħu nagħtu l-informazzjoni
3.1 Aħna nistgħu nagħtu d-data personali tiegħek lil terzi:
- Biex nikkonformaw mal-obbligi legali jew kuntratti, jew biex nirrispondu fuq ordni tal-qorti, għal proċessi amministrattivi jew ġudizzjarji, bħal taħrika jew mandat ta’ tfittxija;
- Biex nirrispondu għal rikjesta mitluba legalment mill-awtoritajiet pubbliċi (bħal dawk tas-sigurtà nazzjonali jew li jinfurzaw il-liġi);
- Kif ikun hemm bżonn biex inkunu nistgħu nistabbilixxu, neżerċitaw jew niddefendu ruħna kontra theddid ta’ litigazzjoni, litigazzjoni potenzjali jew attwali; jew
- Kif hemm biex nipproteġu l-interessi ta’ WasteServ, l-interessi tiegħkom, jew ta’ xi persuni oħra.
4. Iż-Żamma tad-Data
4.1 Aħna ser inżommu l-informazzjoni tiegħek sakemm inkunu weġibna d-domanda tiegħek, ir-rikjesta jew l-ilment u għal perjodu ta’ żmien iżjed skont l-obbligi statutorji tagħna. Meta l-iskop li għalih tkun inġabret id-Data Personali tiegħek jispiċċa, aħna nħassru jew nagħmlu d-Data Personali tiegħek anononima.
REACTILAB U GREENSKIPS
1. L-Informazzjoni li niġbru
1.1 Din il-Politika ta’ Privatezza tfassal il-mod li bih kumpanniji privati mqabbda minn WasteServ Malta Ltd ta’ ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR 9030 Malta biex iqassmu kontenituri/laned taż-żibel, ser jiġbru u jipproċessaw l-informazzjoni personali, kif ukoll il-passi li nieħdu biex nipproteġu tali informazzjoni għal skop ta’ reġistru.
2. Kif nużaw l-Informazzjoni Personali
2.1 l-Informazzjoni Perosnali tiġi proċessata minna (u minn sottokuntratturi fdati) biex nipprovduk bis-Servizzi. B’mod partikolari aħna niġbru l-Informazzjoni Personali dwarek biex b’hekk inkunu nistgħu: Inkunu konformi mal-obbligi tagħna lejn l-UE għal skopijiet ta’ reġistru minħabba li l-proġett ikun kofinanzjat minn fondi tal-UE. Biex inħejju statistiċi marbuta mad-distribuzzjoni tal-kontenituri ventilati għal skopijiet ta’ reġistru tal-UE.
3. Lil min nistgħu nagħtu l-informazzjoni
3.1 Aħna mhux ser nagħtu l-informazzjoni personali tiegħek lill-ebda persuna jew kumpannija ħlief meta inti tkun tajtna l-permess tiegħek biex nagħmlu dan jew meta titlob il-liġi.
4. Iż-Żamma tad-Data
4.1 Aħna ser inżommu d-Data Personali sal-31 ta’ Diċembru 2025. Aħna nistinkaw biex nipproteġu kull data personali li niġbru għall-dan l-iskop. Għal iżjed informazzjoni dwar il-proċessi ta’ protezzjoni tad-data tagħna u dwar kif tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, jekk jogħġbok żur: https://www.wsm.com.mt/privacypolicy jew ikkuntattja b’imejl lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tagħna fuq gdpr.ws@wsm.com.mt.
IR-RIMI TAL-ISKART
1. L-Informazzjoni li niġbru
1.1 Aħna niġbru d-data personali li ġejja hekk kif provduta minnek b’mod volontarju, meta inti timla formoli speċifiċi li jinkludu, imma mhux biss: il-formoli ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura/klijent ġdid/a, il-formola ta’ trasferiment tal-vettura, il-formola ta’ dereġistrazzjoni tal-vettura, u formoli ta’ rimi ta’ skart (fosthom annimali mejta):
- L-isem u l-kunjom
- L-indirizz tad-dar
- L-indirizz elettroniku
- Numru fejn nistgħu nikkuntattjawk
- In-numru tal-karta tal-identità
- In-numru tal-VAT
- In-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura
- In-numru tal-logbook
- Kummenti li jista’ jkun fihom informazzjoni li biha tista’ tiġi identifikat/a
2. Kif nużaw l-Informazzjoni Personali
2.1 Aħna nipproċessaw id-Data Personali tiegħek għall-iskopijiet li ġejjin: biex nimmaniġġjaw u namministraw ir-relazzjoni tiegħek magħna, fosthom biex jiġu proċessati pagamenti, għall-kontijiet u l-ġbir; biex ninfurmawk, permezz ta’ sms, dwar in-numru ta’ drabi li fadallek permess biex tidħol tuża ċ-Ċentri għall-Iskart Goff; biex nipprovdu informazzjoni mitluba jew relatata ma’ verifika, inkjesti jew investigazzjonijiet minn awtoritajiet ta’ infurzar, entitajiet regolatorji, qrati, tribunali u aġenziji governamentali; għal skopijiet ta’ immaniġġjar ta’ kwalità, skont ISO 9001, li bih WasteServ Malta Ltd. tista’ tistieden klijenti biex jipparteċipaw fi kwestjonarji biex jieħdu kummenti mingħand il-klijenti li jagħmlu dan b’mod volontarju li jistgħu jsiru jew wiċċ imb’wiċċ jew permezz tal-imejl jew posta. L-informazzjoni miġbura permezz ta’ dawn il-kwestjonarji ser tintuża biss biex jimmaniġġjaw u jassessjaw b’mod esklussiv is-sodisfazzjoni tal-klijent. Ir-risposti kollha jiġu rreġistrati internament f’ġabra waħda; u skont il-Miri ta’ Regolamentazzjoni tal-UE.
2.2 Il-bażijiet legali li nimxu magħhom biex nipproċessaw id-data personali tiegħek huma: Għat-twettiq tal-kuntratt tagħna miegħek jew biex nieħdu passi skont it-talba tiegħek qabel ma nidħlu f’kuntrattl; Biex inkunu konformi mal-obbligi legali u regolatorji; u Meta l-ipproċessar ikun hemm bżonnu biex jitwettaq xogħol immexxi mill-interess pubbliku jew minn awtorità uffiċjali.
2.3. Mingħajr preġudizzju lejn il-GDPR, id-data personali kollha ser tintuża bl-iskop li għaliha tkun miġbura. Il-Kumpannija tista’ tuża wkoll id-data personali għal xi skop ieħor permess mill-liġi. Jekk id-data personali tinġabar u tiġi proċessata għal xi skop ieħor, sakemm ma jkunx mitlub minn liġi applikabbli oħra, WastServ ser, b’mezzi addattati, tagħti t-tali skop tas-suġġett tad-data, meta tkun qed tiġbor it-tali data.
3. Lil min nistgħu nagħtu l-informazzjoni
3.1. Aħna nistgħu nagħtu d-data personali lil terzi u entitajiet awtorizzati biex jgħinuna nipprovdu s-servizzi tagħna u/jew biex inkunu konformi mal-obbligi legali li nkunu suġġetti għalihom.
3.2. Aħna mhux ser nagħtu l-informazzjoni personali tiegħek għal skopijiet kummerċjali diretti mingħajr kunsens tiegħek. Barra minn hekk, aħna ser nagħmlu ħilitna biex ma nagħtux iżjed informazzjoni personali milli jkun hemm bżonn fiċ-ċirkustanzi.
4. Iż-Żamma tad-Data
4.1 Id-Data Personali tiegħek ser tinżamm biss għall-ammont minimu ta’ żmien li hemm bżonn biex nissodisfaw l-iskop li għalih tkun ġiet ipproċessata l-informazzjoni, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor bil-liġi. Aħna ser inżommu u nużaw l-informazzjoni hekk kif hemm bżonn skont l-obbligi legali tagħna, biex insolvu tilwim u ninfurzaw il-ftehim tagħna.
4.2. Id-Data Personali li tinġabar għal skopijiet ta’ kontijiet ser tinżamm għal perjodu ta’ għaxar (10) snin minn wara li ssir it-tranżazzjoni, isiru l-atti u l-operazzjonijiet marbuta ma’ dan.
4.3. Id-Data Personali miġbura għal skopijiet ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità ser tinżamm għal perjodu ta’ sentejn (2) mid-data tal-ġbir. Ta’ min tinnota li informazzjoni anonimizzata u ta’ statistika ma taqax f’dawn il-parametri tal-Politika taż-Żamma tad-Data tagħna u dan għaliex ma tikkostitwix data li tista’ tiġi identifikata b’mod personali.
4.4. Id-Data Personali marbuta ma’ domandi mill-klijenti u ilmenti ser tinżamm għal perjodu ta’ ħames (5) snin minn meta tintemm ir-relazzjoni kummerċjai.
4.5. Id-Data Personali miġbra u marbuta ma’ proġetti ffinanzjati mill-UE ser tinżamm għal għaxar (10) snin mid-data ta’ ġbir għall-iskopijiet awtidjarji.
IL-ĠIMGĦA EWROPEA GĦAT-TNAQQIS TAL-ISKART
1. L-Informazzjoni li niġbru
1.1. L-informazzjoni li niproċessaw tinġabar meta inti tirreġistra jew/u meta tikkorrispondi magħna permezz tat-telefon, imejl jew b’mod ieħor. Meta tirreġistra azzjoni fuq ewwr.eu, l-Iżviluppaturi ta’ Azzjoni jridu jipprovdulna l-informazzjoni marbuta mal-isem tal-organizzazzjoni li jirrappreżentaw, is-sit tagħhom, l-indirizz, informazzjoni biex isir kuntatt (b’għażla), id-deskrizzjoni tal-azzjoni, id-data meta ġrat jew it-temi li ser tkopri. L-Iżviluppaturi ta’ Azzjoni ser ikunu mitluba wkoll jissottomettu evidenza viżwali (f’forma ta’ ritratti jew vidjos) tal-azzjoni jekk iridu jipparteċipaw fil-Premjazzjoni ta’ Malta għat-Tnaqqis tal-Iskart u sussegwentament fil-Premjazzjoni tal-EWWR.
1.2. l-Iżviluppaturi ta’ Azzjoni jirrappreżentaw u jiggarantixxu li kull tip ta’ materjal viżwali li jissottomettu ma jkunx misruq, ma jmurx kontra jew jikser id-drittijiet ta’ privatezza tal-ebda individwu. L-Iżviluppaturi ta’ Azzjoni jikkonfermaw li kull persuna li tiġi sottomessa l-immaġni tagħha tkun tat il-kunsens biex tintuża l-immaġni tagħha b’rabta mal-azzjoni. Jekk il-persuna tkun taħt is-sittax-il sena, l-Iżviluppatur tal-Azzjoni jikkonferma li l-ġenitur/i jew il-kustodju/i legali jkunu taw il-kunsens li hemm bżonn.
2. Kif u għaliex nużaw l-Informazzjoni Personali tiegħek
2.1 Din l-inizjattiva għandha l-intenzjoni li tqajjem kuxjenza dwar it-tnaqqis tal-iskart, l-użu mill-ġdid ta’ prodott u dwar strateġiji ta’ riċiklaġġ tal-materjal.
2.2 Aħna ser nużaw l-informazzjoni tiegħek biss bil-mod li ġej: fir-rigward ta’ kull komunikazzjoni marbuta ma’ jew għal din l-inizjattiva; biex nippubblikaw immaġni viżwali għall-promozzjoni tal-EWWR, fil-gallerija tas-Segretarjat tal-EWWR u fuq il-midja soċjali; fuq il-midja soċjali uffiċjali ta’ WasteServ; waqt l-avveniment tal-Premjazzjoni ta’ Malta għat-Tnaqqis tal-Iskart, sakemm inti ma tagħtix struzzjonijiet speċifiċi biex ma nużawx it-tali ritratti jew vidjos; biex nikkuntattjaw lir-rebbieħa tal-Premju ta’ Malta għat-Tnaqqis tal-Iskart u l-Premjazzjoni tal-EWWR; biex nibagħtulek xi informazzjoni li inti tista’ titlobna; u biex ninfurmawk dwar inizjattivi simili li naħsbu li jistgħu jinteressawk, sakemm inti ma tkunx speċifikament tajtna struzzjonijiet biex ma nibaghtux tali affarijiet.
2.3. L-informazzjoni li tingħata mhux ser tintuża jew tiġi mgħoddija lil partijiet terzi għall-ebda skop kummerċjali
2.4. Din l-inizjattiva tista’ tkun irrappurtata mill-midja biex titqajjem kuxjenza u tiġi pprovduta informazzjoni ta’ interess ġenerali lill-pubbliku.
2.5. Jekk inti ma tixtieqx li r-ritratti jew vidjos tiegħek jitqassmu, jekk jogħġbok speċifika dan meta tibgħat il-materjali.
2.6. Il-bażi legali tal-ipproċessar tal-Informazzjoni tiegħek: Aħna nipproċessaw l-informazzjoni personali tiegħek legalment u b’mod ġust skont il-liġijiet ta’ protezzjoni tal-liġi applikabbli.
Aħna nipproċessaw l-informazzjoni personali tiegħek fejn: ikun hemm bżonn li nipproċessawh biex nagħmlu x-xogħol imwettaq fl-interess pubbliku jew fit-twettiq ta’ awtorità uffiċjali; inti tkun tajt il-kunsens tiegħek biex aħna nipproċessaw l-informazzjoni personali; u aħna għandna obbligu legali li nagħmlu dan.
3. Lil min nistgħu nagħtu l-informazzjoni
3.1. Aħna nistgħu nagħtu d-data personali tiegħek lil partijiet terzi u entitajiet awtorizzati li jgħinuna biex namministraw din l-inijzattiva, jipprovdulna s-servizzi u/jew biex nikkonformaw ma’ obbligi legali li għalihom aħna suġġetti.
3.2. Meta tirreġistra bħala Żviluppatur ta’ Azzjoni l-Informazzjoni tiegħek ser tiġi maqsuma mas-Segretarjat tal-EWWR, ibbażat fuq l-Assoċjazzjoni tal-Ibliet u r-Reġjuni għall-Immaniġġjar tar-Riżorsi sostenibbli fi Brussell (ACR+). Iżjed informazzjoni fuq kif is-Segretarjat tal-EWWR ser jipproċessa d-data personali tiegħek tista’ ssibha hawn: https://www.ewwr.eu/en/misc/legal-notice.
3.3. Aħna ser nistinkaw biex ma nagħtux iżjed informazzjoni personali milli hemm bżonn fiċ-ċirkostanzi.
4. Iż-Żamma tad-Data
4.1. Aħna ser inżommu d-Data Personali li niġbru għal perjodu limitat ta’ żmien sakemm nilħqu l-għanijiet li għalihom inkunu ġbarniha, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor bil-liġi. Aħna ser inżommu u nużaw l-informazzjoni skont kif hemm bżonn biex inkunu konformi mal-obbligi legali, biex insolvu tilwim u ninfurzaw il-ftehim tagħna.