en Flag  mt Flag 

Aħna konxji mill-fatt li l-attivitajiet tagħna jafu jħallu impatt fuq in-nies fil-komunitajiet ħdejn is-siti tagħna. Għal din ir-raġuni, aħna ninvolvu ruħna mal-komunitajiet lokali biex nipprevjenu u nnaqsu dawn l-impatti b’modi li jkunu ta’ benefiċċju dirett għalihom, kull meta possibbli.

L-Iskema tal-Good Neighbourhood hija mod wieħed ta’ kif il-benefiċċji t’enerġija rinnovabbli ġġenerati mill-impjanti tagħna jinqasmu mal-komunità lokali. Kull sena, residenti f’raġġ ta’ 1.5 kilometru mill-impjant ta’ Sant’Antnin jieħdu benefiċċju ta’ skont annwali fuq il-kont tad-dawl u l-ilma.

Din l-iskema tapplika għal dawk li għandhom residenza permanenti privata f’raġġ ta’ 1.5 kilometru mill-impjant ta’ Sant’ Antnin li jkopri partijiet minn Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun. Ir-rata tal-iskont tiġi kkalkulata fuq 150 unità għal kull persuna rreġistrata fuq il-kont tad-dawl u l-ilma rispettiv fuq rata ta’ €0.12 għal kull unità.

Iktar informazzjoni dwar kif id-dettalji personali tar-residenti li jibbenefikaw mill-Iskema jinġabru u jiġu użati mal-linji regolatorji tal-GDPR tista’ ssibha hawn.

Jekk għandek kwalunkwe mistoqsija dwar din l-iskema, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Customer Care Centre tagħna fuq freephone             +356 8007 2200 jew ibgħatilna imejl fuq customercare.ws@wsm.com.mt.

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200