Ikkuntatjana
GreenServ hi fergħa ġdida fi ħdan WasteServ li twaqqfet bl-iskop li timplimenta proġetti infrastrutturali ta’ tħaddir fl-urban biex tkun tista’ tingħata ħajja ġdida lil żoni urbani densi f’Malta. L-għan ser ikun li żoni bħal dawn jinbidlu f’postijiet li jservu bħala spazji rikreazzjonali għall-pubbliku filwaqt li joffru wkoll benefiċċji ta’ saħħa u l-benesseri għar-residenti.L-ewwel mandat ta’ GreenServ ser ikun li twettaq tliet proġetti fil-Ħamrun, f’Ħal-Qormi u fil-Mosta li ħa jkunu qed jintroduċu kunċett ġdid ta' tħaddir fl-urbanbil-ħsieb li tissaħħaħ il-kwalità tal-ispazji ħodor f’ żoni kkaratterizzati minn spazji griżi u konġestjoni ta’ traffiku, li huma ta’ impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħajja.
Permezz ta’ din il-fergħa ġdida, WasteServ ser tkompli twessa’ u ssaħħaħ il-missjoni ambjentali bħala parti mill-impenn kontinwu li ttejjeb l-ambjent għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Il-fondi għall-dawn it-tliet proġetti ser jiġu pprovduti mill-Fond Soċjali u ta’ Żvilupp Nazzjonali (NDSF) u permezz tal-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment (IIP).
Copyright © 2021 WasteServ Malta Ltd. Id-drittijiet kollha riżervati. Privacy Policy | Cookie Policy