Spazju uniku għal attivitajiet komunitarji ffukati fuq is-sostenibbiltà.

Ir-Razzett tat-Tfal jinsab fil-Ġnien Romeo Romano f’Santa Venera u huwa binja storika restawrata li ġiet trasformata f’ċentru edukattiv modern iddedikat għas-sostenibbiltà, l-għarfien ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli.  

Immexxi minn Nature Trust Malta, iċ-ċentru joffri ambjent għal attivitajiet edukattivi, workshops, inizjattivi komunitarji u avvenimenti li jippromwovu r-responsabbiltà ambjentali. 

Iddisinjat għan-nies ta’ kull età, Ir-Razzett tat-Tfal jinkludi kmamar multifunzjonali, spazji għal attivitajiet fi gruppi, żoni informali għat-tagħlim u faċilitajiet li jissodisfaw ħtiġijiet differenti. Iċ-ċentru jesepixxi wkoll għodod u artefatti restawrati, u b’hekk joffri lill-viżitaturi opportunità unika biex jgħaqqdu l-wirt kulturali rikk ta' Malta ma' prattiki moderni ta' sostenibbiltà.  

Organizzazzjonijiet komunitarji, kunsilli lokali, NGOs, skejjel u gruppi oħra huma mistiedna jagħmlu użu minn dan il-post uniku għal avvenimenti u attivitajiet li jappoġġjaw l-edukazzjoni ambjentali, is-sostenibbiltà, it-tnaqqis tal-iskart, il-bijodiversità u l-involviment fil-komunità.   

Ir-Razzett tat-Tfal jipprovdi l-ambjent ideali għal esperjenzi ta’ tagħlim prattiku u diskussjonijiet sinifikanti li jispiraw bidla pożittiva.   

Għal talbiet biex tużaw il-post jew għal aktar informazzjoni, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw rtt.ws@wsm.com.mt jew ċemplu 7976 4347.




WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200