B’konformità mal-istrateġija għal ambjent sostenibbli u l-immaniġġjar tal-iskart, WasteServ tfittex li tipprovdi servizz nazzjonali permezz tal-proċessi tal-irkupru tal-iskart u t-trattament tiegħu fl-l-Impjant tat-Trattament tal-Iskart ta’ Sant’Antnin (SAWTP), f’Marsaskala. Din il-faċilità tilqa’ ħġieġ li jiġi magħżul b’mod awtomatiku, skart riċiklabbli li jingħażel manwalment u jiġi mballat, kif ukoll skart mhux perikoluż, permessibli li jinħażen temporanjament. Il-frazzjonijiet kollha li jirriżultaw mill-proċess u l-flussi tal-iskart jiġu maħżuna separatament fuq bażi temporanja qabel ma jiġu trasferiti lejn faċilitajiet awtorizzati għal aktar trattament.
L-għanijiet ewlenin ta’ WasteServ huma li, tfittex li tikseb u itejjeb s-sodisfazzjoni tal-klijenti, tipproteġi l-ambjent, tippromowovi ekonomija ċirkolari u tippreveni korrimenti relatati max-xogħol u mard filwaqt li tipprovdi servizz tal-immaniġjar tal-iskart affidabbli li jkun ukoll favur l-ambjent, lil dawk li jġorru l-iskart, li jipproduċu l-iskart, u li jixtru l-iskart.
Permezz tal-operat fl-Impjant għat-Trattament tal-Iskart ta’ Sant’ Antnin, u tal-fergħat varji l-oħra li joffru appoġġ, il-WasteServ tħabrek biex:
- Tikkonforma mal-Permess Ambjentali EP 00260/24, mal-leġiżlazzjoni rilevanti u mar-rekwiżiti applikabbli kollha;
- Tiżgura prestazzjoni operazzjonali effiċjenti;
- Tikseb feedback pożittiv minn dawk l-entitajiet li jġorru l-iskart, li jipproduċu l-iskart, u li jixtru l-iskart;
- Tnaqqas l-ilmenti minn partijiet interessati;
- Tipprevjeni u tnaqqas l-ammont ta’ skart li jintrema fil-miżbla;
- Tipprevjeni t-tniġġis u tipproteġi l-ambjent;
- Tiżviluppa u żżomm persunal kompetenti, kapaċi jipprovdi servizzi sikuri, konformi u professjonali;
- Tippromwovi l-aħjar prattiki tax-xogħol fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni, inklużi l-viżitaturi u l-kuntratturi;
- Tnaqqas / telimina l-perikli u r-riskji relatati mas-saħħa u s-sigurtà;
- Tippromwovi l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni attiva tal-impjegati u/jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema fi kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà.
Dawn l-għanijiet huma reveduti kull tliet xhur u l-progress tagħhom huwa diskuss fil-laqgħat mal-Maniġment.
Bil-għan li nimplimentaw din il-politika, aħna adottajna sistema ta’ immaniġjar ibbażata fuq ir-rekwiżiti ta' ISO 9001:2015, ISO 14001:2015 u ISO 45001:2018.
Aħna impenjati li ntejbu kontinwament is-sistema tal-immaniġjar tagħna u l-effiċjenza tagħha b’mod kostanti u ripetut. Din il-politika għandha tkun ikkomunikata lil, u mifhuma mill-impjegati kollha fl-organizzazzjoni. Aħna ser inkunu qed nikkomunikaw din il-politika mal-pubbliku, mal-viżitaturi u mal-kuntratturi fil-Faċilità.
Din il-politika tiġi rriveduta fuq bażi annwali sabiex jiġi żgurat li l-enfasi fuq il-ħtiġijiet tal-klijent, il-preservazjoni tal-ambjent u l-prevenzzjoni ta’ korrimenti u mard relatati max-xogħol jinżamm, u biex il-miżuri tal-wegħda tagħna lill-klijenti jinkisbu.
Jekk jogħġbok agħfas hawn għar-regoli tas-sit.