Għaliex problema?
Meta l-oġġetti ħżiena jitpoġġew fil-borża tar-riċiklaġġ dawn jikkawżaw diversi problemi, bħal dewmien bla bżonn fil-proċess tal-issortjar peress li l-materjali kollha tal-borża tar-riċiklaġġ jiġu magħżula manwalment mill-impjegati tagħna.
Ċertu oġġetti li jintefgħu ħażin jistgħu jikkawżaw inċidenti serji. Batterija żgħira tista’ tikkawża nar meta tkun fil-makkinarju li nużaw biex niftħu l-boroż, filwaqt li siringi u skart kliniku ieħor huwa ta’ periklu għas-saħħa tal-impjegati tagħna.
Oġġetti ħżiena jistgħu wkoll jikkawżaw ħsarat fil-makkinarju tagħna.
Fl-aħħar nett, meta ħafna mill-oġġetti ħżiena jispiċċaw fil-fluss tal-materjal tar-riċiklaġġ dawn jitqiesu bħala kkontaminati u joħolqu problemi meta nesportaw dan il-materjal biex ikun jista’ jinbidel fi prodotti oħra.
Konfuż dwar liema oġġetti għandek titfa’ fil-borża tar-riċiklaġġ?
Jekk int konfuż dwar kif u x’għandek tissepara, nistednuk tniżżel il-
Gwida għas-Separazzjoni tal-Iskart.
F'din il-gwida, għandek issib informazzjoni dwar dak li jmur f'kull borża kif ukoll informazzjoni dwar is-servizzi kollha għar-rimi tal-iskart domestiku.