WasteServ tipprovdi s-servizzi neċessarji ta’ rimi tal-iskart b’mod sigur lill-entitajiet kummerċjali. Dan is-servizz huwa offrut fuq talba u bi ħlas.

Il-proċeduri differenti għar-rimi tal-iskart jeħtieġ li jiġu segwiti mill-entitajiet kummerċjali skont it-tip ta’ skart u l-kwantitajiet involuti. Għal din ir-raġuni, ġentilment nitolbu li timla l-Formola Online.

Jekk tixtieq tistaqsi aktar dwar it-talba tiegħek, jekk jogħġbok ibgħat email lil info.ws@wsm.com.mt, inkluż in-numru ta’ referenza tal-formola tiegħek, jew inkella, tista’ tikkuntattjana fuq il-freephone tagħna +356 8007 2200.

Minflok tarmi kollox ġo skip wieħed jew tmur fil-Kumpless ECOHIVE bi skart imħallat, hemm għażliet oħra li huma orħos u li fl-istess ħin jiżguraw li ma jintilfux r-riżorsi.

Biex jintrema skart goff, entitajiet kummerċjali jridu:  

  • Jagħmlu użu minn servizz ta’ kuntrattur liċenzjat li jieħu ħsieb il-ġbir tal-iskart (waste carrier) biex jittrasporta l-iskart;
  • Jagħmlu użu minn vettura tal-kumpanija biex jittrasportaw l-iskart. Il-vettura trid tkun irreġistrata mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ERA) u WasteServ;
  • Jimlew il-formola onlajn għar-Rimi tal-Iskart.
X’jista’ jintrema: 

  • Għamara kbira (sufani, siġġijiet, mwejjed, gwardarobbi)
  • Oġġetti kummerċjali goffi mhux perikolużi
Qabel tarmi: 

  • Kull ħabel itwal minn metru (1m) irid jinqata’ f’biċċiet ta’ metru jew inqas qabel jintrema.

X'ma' jistax jintrema bħala skart goff:

  • Prodotti elettroniċi (WEEE);
  • Ħamrija;
  • Skart tal-kostruzzjoni (bricks, madum, ġebel, konkrit u materjal ieħor tal-bini);
  • Oġġetti perikolużi (batteriji, gassijiet kompressati, aerosols).
Dawk il-kuntratturi imqabbda mill-Kunsill Lokali biex jiġbru skart domestiku goff jistgħu jarmu dan l-iskart fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff, skont struzzjonijiet mill-Kunsill Lokali rispettiv. Dawn il-kuntratturi għandhom ikunu rreġistrati mill-Kunsill Lokali.  

 Nistednuk taqra Site Rules qabel ma żżur dawn iċ-Ċentri. 



Last updated on 09/01/2026

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200