en Flag  mt Flag 

Tgħallem aktar dwar is-separazzjoni tal-iskart, sib tweġiba għall-mistoqsijiet tiegħek u ħu l-opportunità biex teħles minn skart riċiklabbi, kif ukoll skart perikoluż, mingħajr ma jkollok tmur f’Ċentru għall-Iskart Goff.

It-Trakkijiet tas-Separazzjoni tal-Iskart qed iżuru l-lokalitajiet kollha biex jagħmluha iktar faċli għalik sabiex tkun tista’ teħles mill-iskart b’attenzjoni u galbu, u biex fil-proċess tkun protett kemm int, kif ukoll l-ambjent.

Oġġetti li niġbru huma:

Ħwejjeġ

Plastik

Metall

Żejt tat-tisjir

Bozoz u tubi tad-dawl

Vażetti u fliexken tal-ħġieġ

Karta u Kartun

Batteriji żgħar

Basktijiet

Expanded Polystyrene

Borom u taġnijiet

Apparat Elettroniku żgħir

Żebgħa u Solventi

Bottijiet tal-isprej

Din l-inizjattiva, li tifforma parti mill-Kampanja ‘Sort It Out’, tnaqqas ukoll il-kontaminazzjoni tal-iskart riÄ‹iklabbi, minħabba l-fatt li t-Trakkijiet għandhom kompartimenti separati għal kull tip ta’ skart. Id-dati u lokalitajiet preÄ‹iżi taż-żjarat tat-trakk jistgħu jiÄ¡u kkonfermati mill-Kunsill Lokali tiegħek. 

Din il-kampanja tifforma parti mill-proġett iffinanzjat mill-UE – ‘Encouraging sustainable waste practices in households and beyond’.

Jekk jogħġbok agħżel lokalità għal aktar informazzjoni dwar iż-żjarat ta' roadshow fl-inħawi tiegħek.

L-iskeda tal-ġimgħatejn li ġejjin: