Biex tkun konformi mal-istrateġija tal-ambjent sostenibbli u l-immaniġġjar tal-iskart ta’ Malta, WasteServ qed tfittex li tipprovdi servizz nazzjonali permezz tal-proċess ta’ rkupru u trattament tal-iskart fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff (CAS) f’Malta u Għawdex. Is-CAS twaqqfu biex jaċċettaw skart domestiku sseparat. L-iskart separat li jirriżulta jmur għal iżjed proċessar, irkupru, riċiklaġġ jew rimi f’faċilitajiet awtorizzati. Barra minn hekk, permezz tal-operat tar-Reuse Centres (li jinsabu fis-CAS), il-materjal jiġi rkuprat u rrindirizzat għall-użu mill-ġdid.
L-għanijiet ta’ WasteServ huma li tipprovdi servizz affidabbli ta’ ġestjoni tal-iskart, tipprevjeni t-tniġġis, tipproteġi l-ambjent, u tippromwovi ekonomija ċirkolari. Dawn l-għanijiet jiġu mħaddma f’ambjent tax-xogħol sigur, flimkien ma’ impenn li teċċedi l-aspettattivi tal-klijenti.
Permezz tal-ħidma fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff u l-fergħat oħra li jappoġġjaw dan, WasteServ tħabrek biex:
- Tkun konformi mal-Permessi Ambjentali applikabbli EP00343/25, EP00344/25, EP00345/25, EP00346/25, EP00347/25, EP00348/25, il-leġiżlazzjoni relevanti u r-rekwiżiti applikabbli,
- Ittejjeb is-servizz offrut lill-klijenti,
- Ittejjeb l-immaniġġjar tal-iskart fuq il-post,
- Tipprevjeni/Tnaqqas l-iskart milli jmur fil-miżbla,
- Iżżid l-għarfien u l-partiċipazzjoni miil-pubbliku fir-Reuse Centres
- Tagħmel użu tajjeb mill-kompost prodott mill-iskart organiku agrikolu,
- Tittrasporta u tipproċessa materjal b’mod iżjed effiċjenti,
- Ittejjeb it-tħejjija għal emerġenza fis-CAS.
Dawn l-għanijiet huma reveduti kull tliet xhur u l-progress tagħhom huwa diskuss fil-laqgħat mal-Maniġment.
Bil-għan li nimplimentaw din il-politika aħna adottajna sistema ta’ immaniġjar ibbażata fuq ir-rekwiżiti ta'
ISO 9001:2015 u
ISO 14001:2015
Aħna impenjati li ntejbu kontinwament is-sistema tal-immaniġjar tagħna u l-effiċjenza tagħha b’mod kostanti u ripetut. Din il-politika għandha tkun ikkomunikata lil, u mifhuma mill-impjegati kollha fl-organizzazzjoni. Aħna ser inkunu qed nikkomunikaw din il-politika mal-pubbliku, mal-viżitaturi u mal-kuntratturi fiċ-ċentri.
Din il-politika tiġi rriveduta fuq bażi annwali sabiex jiġi żgurat li l-enfasi fuq il-ħtiġijiet tal-klijent, il-preservazzjoni tal-ambjent u l-prevenzjoni ta’ korrimenti u mard relatati max-xogħol jinżamm, u biex il-miżuri tal-wegħda tagħna lill-klijenti jinkisbu.
It-trasportaturi tal-iskart reġistrati jistgħu jaċċessaw ir-regoli taċ-Ċentri għall-Iskart Goff hawn.