Ikkuntatjana
General Buzz u Commander Yellow reġgħu qegħdin jassistuna sabiex jiżguraw li l-iskart tagħna qed jiġi separat kif suppost. Dawn is-supereroj huma determinati li jipproteġu l-ambjent mill-iskart li qed joħloq il-Garbage Monster.
Inkunu tlifna opportunità! L-iskart organiku kollu li jidħol fil-faċilità tagħna jiġi proċessat u trattat fl-impjant tagħna. B’mod naturali, dan il-proċess jiġġenera l-bijogass, li jiġi rikoverat u jintuża għall-ġenerazzjoni tal-elettriku. Matul is-sena li għaddiet iġġenerajna 2.58GWh – enerġija biżżejjed għal 500 residenza.
Il-boroż suwed imorru fil-miżbla. Meta narmu l-ikel u skart organiku ieħor fil-borża s-sewda, dan jispiċċa mormi fil-miżbla. Dan jiddikomponi u minnu joħroġ il-metanu li huwa gass serra li jispiċċa fl-atmosfera. Il-metanu huwa kapaċi jsaħħan 25 darba iżjed mid-dijossidju tal-karbonju – li normalment nassoċċjawh mal-emissjonijiet tal-karozzi. Għalhekk, meta wieħed jitfa’ l-iskart organiku fil-borża s-sewda jkun qed jikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima.M’intix ċert x’għandu jitpoġġa fil-borża tal-iskart organiku? Jekk int konfuż dwar kif u x’għandek tissepara, nistednuk tniżżel il-Gwida għas-Separazzjoni tal-Iskart. F'din il-gwida, għandek issib informazzjoni dwar dak li jmur f'kull borża kif ukoll informazzjoni dwar is-servizzi kollha għar-rimi tal-iskart domestiku.
Għalfejn ma ssegwix lis-supereroj tagħna General Buzz u Commander Yellow fil-battalji tagħhom mal- Garbage Monster?
Copyright © 2021 WasteServ Malta Ltd. Id-drittijiet kollha riżervati. Privacy Policy | Cookie Policy